Sors: Facebook
F'dawn il-jiem l-Isqof Mario Grech qed jirrappreżenta lill-Konferenza Episkopali Maltija fl-assemblea tal-Kummissjoni tal-Konferenzi Episkopali Ewropej (COMECE) li qed issir fi Brussell. Dalgħodu l-Isqfijiet ġew indirizzati minn Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, li tkellem dwar "EU 2014-2019 - djalogu dwar x'tagħlimiet ħadna f'dan iż-żmien u x'inhuma l-isfidi li għandha quddiemha l-Ewropa".
Fir-ritratt l-Isqof Grech jidher flimkien mal-Arċisqof Jean Claude Hollerich SJ, Arċisqof tal-Lussemburgu u President tal-COMECE, u ma' Jean-Claude Juncker.