Sors: Facebook
F’kull parroċċa tad-Djoċesi tagħna ġiet identifikata persuna li tkopri r-rwol ta’ DSO (Designated Safeguarding Officer).
Id-DSOs huma punt ta’ riferiment bejn il-Parroċċa u l-Kummissjoni tas-Safeguarding (SGC) fejn jaraw li qed jiġu osservati l-aħjar prattiċi ta’ safeguarding tal-minuri u nies vulnerabbli, jiġbru l-lista għall-fini taċ-ċertifikazzjoni tal-POMA (Protection of Minors Application), jilqgħu ilmenti u jikkomunikawhom mal-Arċipriet/Kappillan u/jew mas-SGC, u jattendu għal-laqgħa apposta għalihom.
Kull DSO ikun attenda kors fuq Safeguarding organizzat mis-Safeguarding of Minors - Gozo. Min hu interessat li jwessa’ l-għarfien tiegħu dwar dan il-qasam hu mħeġġeġ biex japplika għal kors li ser jiġi organizzat.
📑 Biex tapplika agħfas hawn: https://www.ipm.edu.mt/courses/safeguarding-of-minors-sm/. Late applications għall-kors se jiġu aċċettati sad-19 ta’ Lulju.
B’aktar għarfien nistgħu nagħmlu differenza!