Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

F’rabta mat-tema tal-Pjan Pastorali Djoċesan, fil-bidu tar-Randan is-saċerdoti Għawdxin…

Sors: Facebook

F’rabta mat-tema tal-Pjan Pastorali Djoċesan, fil-bidu tar-Randan is-saċerdoti Għawdxin kellhom tlitt ijiem seminar li t-tema tiegħu kienet is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Dawn inżammu fid-Dar tal-Irtiri Manresa fil-Belt Victoria, bejn il-15 u s-17 ta’ Frar.

Mons. Anton Borg, Professur tat-Teoloġija Morali fis-Seminarju ta’ Għawdex b’esperjenza vasta fil-pastorali mal-familji u l-koppji, indirizza t-tema ta’ kif tiġi ffurmata l-kuxjenza, speċjalment mill-aspett teoloġiku-morali tas-sagrament.

Fil-jumejn l-oħra ġie mistieden mill-Italja l-Isqof u psikologu Carlo Bresciani, li ttratta t-temi tal-ministeru tal-konfessur mill-aspetti pastorali u psikoloġiċi, kif ukoll l-istqarrija tal-ħtija fis-sagrament bħala l-pass lejn il-bini mill-ġdid tal-identità Nisranija tal-persuna.

Is-saċerdoti li attendew kellhom ukoll ħin għal qsim ta’ ħsibijiet u esperjenzi. Fi tmiem is-seminar, l-Isqof Anton Teuma għamel messaġġ tal-għeluq.

Matul dan ir-Randan, id-diversi korsijiet ta’ eżerċizzi spiritwali fil-parroċċi Għawdxin ukoll se jmissu t-tema tal-Qrar, u għal dan il-għan is-Segreterija Pastorali tad-Djoċesi għadha kemm qassmet sussidju li jinsab ukoll online: https://laikosblog.org/wp-content/uploads/2024/02/Sussidju-Randan-2024.pdf.

Aqsam fuq