Sors: Facebook
Fi tmiem din il-ġurnata li fiha ċċelebrajna s-Solennità ta’ San Ġużepp, imma sbaħna bl-aħbar li ħalliena l-Arċisqof Emeritu ta' Malta Mons. Pawlu Cremona OP, inġibu l-kumment li ta dwar dan l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma. Fi kliemu, “l-Isqof Pawlu Cremona kien persuna li tirradja l-imħabba u s-serenità. Dan ifisser li fih kien hemm il-preżenza ħajja ta’ Ġesù li jagħti lilu nnifsu bħala Ragħaj tassew. It-tbatija tal-ġisem u tal-moħħ tiegħu ma kinetx għajr sinjal ta’ qalb kbira li tant kienet tħobb, li l-ġisem u l-moħħ ma kinux biżżejjed għaliha. Strieħ fis-sliem, Patri Pawl, u itlob għalina”.
📷 Ir-ritratt juri l-quddiesa ta’ radd il-ħajr li kien iċċelebra Mons. Cremona f’Jannar 2015 fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu fi tmiem il-ministeru tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta.