Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Fil-11 ta’ Frar, Tifkira tal-ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes u Jum il-Morda…

Sors: Facebook

Fil-11 ta’ Frar, Tifkira tal-ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes u Jum il-Morda, f’Għawdex ġie ċċelebrat l-ewwel Jum Ġubilari bħala parti minn din is-Sena Mqaddsa ddedikata lit-Tama. Kif mistenni, dan kien il-Ġublew tal-Morda u dawk li jduru bihom.

Dakinhar l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma mexxa quddiesa fis-Swali ġenerali tal-Irġiel u tan-Nisa fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, flimkien mal-kappillani tal-Isptar kif ukoll l-istaff u l-infermiera.

Fl-omelija tiegħu hu tkellem dwar l-imħabba li Alla għandu lejn il-marid, u fakkar fil-grazzji kbar li kontinwament joħorġu minn Lourdes, fejn Ommna Marija riedet li jkun hemm santwarju li jilqa’ tant morda li jfittxu l-fejqan. Rabat dan mat-tama waħdanija li jagħtina Kristu, li hi faraġ u wens kbir għal dawk li qed ibatu.

Simbolikament, fl-istess ġurnata d-Djoċesi ta’ Għawdex ħabbret iż-żjara storika f’Għawdex, f’Marzu li ġej, tal-Kurċifiss Mirakoluż Ta’ Ġieżu, xbieha devota tant imfittxija speċjalment mill-morda u dawk li għaddejjin minn xi tbatija.

Aqsam fuq