Sors: Facebook
Fil-Bażilika ta' San Ġorġ nhar is-Sibt filgħaxija, fl-għeluq tal-Viżta Pastorali f'din il-komunità parrokkjali ta' beltna, l-Isqof Anton irrimarka li din hi l-aktar knisja f'Għawdex li fiha tiġi ċċelebrata l-Ewkaristija, ħaġa li ġġorr magħha responsabbiltà sagramentali u pastorali. Irringrazzja lill-Arċipriet, is-saċerdoti u l-lajċi impenjati li magħhom iltaqa', tal-kollaborazzjoni bil-ħidma fejjieda tagħhom fil-missjoni tal-evanġelizzazzjoni li tilħaq ukoll il-periferiji.