Sors: Facebook
Fil-kuntest tal-attività Shema – Lejl Imdawwal mill-Ewkaristija, qed nerġgħu noffrulek wirja oħra fis-Sotterran uniku tal-Kurja tal-Isqof, waħda mill-aktar binjiet eleganti tal-Belt Victoria. Il-kmamar joffru ambjent mill-isbaħ biex int tista’ tagħmel mixja żgħira ta’ fidi, bl-għajnuna ta’ dak li tara, tisma’ u taqra.
Iktar milli oġġetti ta’ valur storiku jew artistiku, din il-wirja interattiva toffri katekeżi sempliċi u qasira dwar l-iżvilupp tal-Misteru li hu l-qalba tal-ħajja tal-Knisja – l-Ewkaristija – u li fih Sidna Ġesù Kristu ried iħallilna Ġismu u Demmu biex jifdina.
Wara li tkun doqt ftit mill-ġmiel tal-istorja li tatna dan il-Misteru tal-Imħabba ta’ Alla, nistednuk titla’ t-taraġ u tpoġġi tisma’ ftit mill-kitbiet sbieħ li l-Kelma ta’ Alla u t-Tradizzjoni tal-Knisja jagħtuna dwar l-Ewkaristija, biex dan il-lejl tiegħek ikompli jiddawwal minnha.
Illejla mis-7.00pm...