Sors: Facebook
Fil-Quddies kollu tal-Ħadd ta' Żmien l-Għid, ibda minn dan il-Ħadd, qed issir spjega ftit ftit tar-riti tal-Quddiesa (tifsir mistagoġiku). Dan fid-dawl tal-Pjan Pastorali li din is-sena qed jiffoka fuq l-Ewkaristija u s-Sagrifiċċju tal-Quddiesa. Hi ħaġa sabiħa li nifhmu aktar is-sinjali, il-ġesti u r-riti tal-ikbar talba tagħna l-Insara Kattoliċi.