Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Fil-Velja Djoċesana ta' Għid il-Ħamsin ilbieraħ filgħaxija fuq iz-Zuntier tas-Santwarju…

Sors: Facebook

Fil-Velja Djoċesana ta' Għid il-Ħamsin ilbieraħ filgħaxija fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Ta' Pinu, il-Knisja f'Għawdex għamlet esperjenza reali tal-armonija li kapaċi jġib l-Ispirtu bejn il-ħafna razez, ilsna u lwien.

10 Insara adulti ta' nazzjonalitajiet diversi, li fl-aħħar ġimgħat ħadu l-Magħmudija jew ġew milqugħa fil-Knisja Kattolika wara konverżjoni minn reliġjon jew denominazzjoni Nisranija oħra, irċivew il-Griżma tal-Isqof minn idejn l-Isqof Anton Teuma, wara li ġew ippreżentati minn Mons. John Muscat, Delegat tiegħu għall-Ekumeniżmu u l-Gruppi Etniċi.

Mal-Isqof, fost saċerdoti oħra, ikkonċelebraw iż-żewġ saċerdoti novelli Dun Samuel Aquilina u Dun Marlon V. Bajada li ġew ordnati fil-Katidral nhar il-Ġimgħa.

Kienu preżenti wkoll il-komunitajiet Insara li jgħixu f'Għawdex, jiġifieri dawk ta' lingwa Ingliża, Indjani, Filippini u Spanjoli, li ħadu sehem ukoll bil-qari, it-talb u l-kant.

L-Isqof mhux biss sellem lill-'barranin' li jgħixu fostna, imma stieden lill-komunità lokali biex tagħraf il-valur tax-xhieda ta' fidi tagħhom li spiss hi ta' eżempju għall-Insara Għawdxin, waqt li fakkar li dawn huma parti waħda mill-Knisja tagħna.

Hekk il-Knisja f'Għawdex ingħaqdet f'talba waħda lill-Ispirtu s-Santu biex ikompli jġedded il-wiċċ tal-art.

📷 Mario Xerri

Aqsam fuq