Sors: Facebook
Fl-ewwel mument sinifikanti taż-żjara tal-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma fl-Awstralja, il-Ħadd li għadda huwa mexxa Konċelebrazzjoni Solenni fil-Parroċċa ta' Marija Sultana tal-Paċi fi Greystanes, Sydney, fejn il-komunità Maltija qed tiċċelebra s-60 anniversarju mill-Festa tal-Bambina. F'din l-okkażjoni, l-Isqof poġġa kuruna fuq ras l-istatwa tal-Madonna, li wara saret purċissjoni biha mat-toroq tal-madwar. Hu kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa' ma' bosta emigranti Għawdxin, speċjalment mill-istess raħal tiegħu tax-Xagħra.