Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġwakkin u Sant’Anna, il-ġenituri tal-Imqaddsa Verġni…

Sors: Facebook

Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġwakkin u Sant’Anna, il-ġenituri tal-Imqaddsa Verġni Marija, id-Djoċesi ta’ Għawdex, f’kollaborazzjoni mal-Parroċċa ta’ San Lawrenz, iċċelebrat quddiesa fil-beraħ fid-Dwejra, fis-26 ta’ Lulju.

Fl-istess okkażjoni, id-Djoċesi ngħaqdet mal-Knisja kollha li f’dak il-weekend kienet qed tiċċelebra l-Ġublew tan-Nanniet u tal-Anzjani, biex anki fid-Djoċesi jiġi ċċelebrat dan l-avveniment.

Il-quddiesa kienet immexxija minn Dun Mikiel Xuereb, Delegat tal-Isqof għat-Terz’Età. Fl-omelija tiegħu, Dun Mikiel tkellem dwar il-valur tat-talb fil-ħajja tan-Nisrani, u b’mod partikulari l-missjoni li dejjem kellhom in-nanniet li jittrasmettu l-valuri Nsara liċ-ċkejkin, fosthom l-ewwel esperjenzi tat-talb.

Fil-Konċelebrazzjoni ħadu sehem ukoll il-Kappillan ta’ San Lawrenz Dun Anthony Bajada, Mons. Mikiel Mintoff u Dun Giovanni M. Curmi.

Il-quddiesa kienet animata bil-kant mill-Kor Djoċesan.

Aqsam fuq