Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Fuq miljun żagħżugħ u żagħżugħa ngħaqdu mal-Papa Ljun XIV f’Ruma għall-Ġublew…

Sors: Facebook

Fuq miljun żagħżugħ u żagħżugħa ngħaqdu mal-Papa Ljun XIV f’Ruma għall-Ġublew taż-Żgħażagħ fl-aħħar ġranet. Fosthom diversi Maltin u Għawdxin – żewġ gruppi minnhom mill-parroċċi tax-Xewkija u n-Nadur – li kienu preżenti għall-Velja u l-Quddiesa f’Tor Vergata. L-esperjenza ta’ Knisja u l-mumenti ta’ formazzjoni, ċelebrazzjoni u talb li fihom ipparteċipaw ħallew impatt qawwi u pożittiv, u ħassewhom immarkati mill-ferħ, il-ħeġġa u s-skiet. L-istedina tal-Papa biex iħallu lil Kristu jagħti sens lil ħajjithom kienet għajn ta’ tama għalihom u permezz tagħhom. Magħhom ingħaqdu wkoll xi saċerdoti Għawdxin residenti f’Ruma, li kkonċelebraw fil-quddiesa tal-Ħadd filgħodu.

Aqsam fuq