Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

“Ġesù ma jridx nies perfetti, imma nies sinċieri, jimxu warajh... Kemm Pietru kemm Pawlu…

Sors: Facebook

“Ġesù ma jridx nies perfetti, imma nies sinċieri, jimxu warajh... Kemm Pietru kemm Pawlu jħossu l-bżonn li Ġesù jsalvahom.

Nitolbu lill-Mulej biex jagħtina li dak li għamlu Pietru u Pawlu fil-mixja tagħhom lejn Ġesù, almenu nibdew nagħmluh aħna wkoll. Inħallu lil Ġesù, bil-mod tiegħu u mhux b’tagħna, ibiddlilna xi ftit mill-konvinzjonijiet tagħna.

Il-festi jiġu u jgħaddu, il-quddiesa tiġi u tgħaddi, il-Vanġelu jiġi u jgħaddi, il-Kelma ta’ Alla nisimgħuha u tgħaddi... imma jekk ma nkunux disponibbli biex inħallu lil Alla jiftħilna lil qalbna, idaħħalna fid-dlam tal-kriżi, u fl-istess waqt b’sinċerità kbira nduru lejh u nitolbuh jgħinna, allura l-festi tagħna jiġu għalxejn, l-isforzi tagħna jħallu ftit u jgħinuna sempliċiment biex nagħmlu esperjenza minn barra, imma ma jmissuniex fl-interjorità tagħna u ma jgħinuniex fil-konverżjoni tagħna.

Bl-interċessjoni ta’ Pietru u Pawlu, il-Mulej jgħinna nifhmu u nagħrfu li l-Knisja, il-mixja tal-fidi, il-festi mhumiex għajr ċurkett li jfakkarna fl-Għarus Maħbub, li għalih huma taw ħajjithom.”

▶️ Segwi l-omelija sħiħa li għamel l-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma dalgħodu fil-Bażilika ta' San Pietru u San Pawl fin-Nadur fl-okkażjoni tal-Festa ta' dawn iż-żewġ Appostli Kolonni tal-Knisja.

Aqsam fuq