Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Għall-40 jum tar-Randan, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed iħeġġu sabiex bħala pajjiż u…

Sors: Facebook

Għall-40 jum tar-Randan, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed iħeġġu sabiex bħala pajjiż u bħala Nsara nirriflettu fuq id-doni tad dehen, il ħniena, is saħħa, l għaqda u s sliem, li kollha nsibuhom fl-Innu Malti.

L-Isqfijiet jispjegaw kif dawn il-ħames barkiet jistgħu jkunu parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum billi qabelxejn nagħtu priorità lill-proxxmu. “Matul dan ir-Randan, li nieqfu ftit mill-għaġla ta’ kuljum u “nisimgħu, inkellmu u nakkumpanjaw lil xi ħadd li qed ibati tista’ tassew tkun l ikbar għotja ta’ karità”.

L-Isqfijiet jgħidu wkoll li dawn il-barkiet jistgħu jintużaw min-nazzjon sabiex jintlaħaq il-ġid komuni, ikollna djalogu rispettuż bejnietna u biex flimkien inkunu bennejja tal-paċi u mhux tal-vjolenza.

📖 https://knisja.mt/ittrapastoralirandan2024/

⛪Diocese of Gozo | Archdiocese of Malta

Aqsam fuq