Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Għar-Raba’ Ħadd tar-Randan, il-Q.T. il-Papa Ljun XIV għamel Viżta Pastorali lill-Parroċċa…

Sors: Facebook

Għar-Raba’ Ħadd tar-Randan, il-Q.T. il-Papa Ljun XIV għamel Viżta Pastorali lill-Parroċċa Rumana tal-Qalb ta’ Ġesù fil-kwartier ta’ Ponte Mammolo, fejn hemm Kappillan Dun Franz Refalo, saċerdot mill-Parroċċa tal-Katidral ta’ Għawdex.

Barra milli ċċelebra l-quddiesa mal-komunità, il-Papa ltaqa’ mat-tfal, l-adolexxenti, l-anzjani u l-morda tal-Parroċċa, u fi tmiem l-interventi tiegħu qal dan li ġej:

“Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Kappillan tagħkom, lilu wkoll nagħtuh ċapċipa kbira u ngħidulu: ‘Grazzi, Dun Franz, għal dak kollu li tagħmel’. Il-kappillan mhuwiex hu l-parroċċa, imma mingħajr kappillan ħafna drabi jkun hemm id-diffikultajiet. Allura, ngħidulu grazzi minn qalbna għas-servizz kollu u permezz tiegħu anki lill-kappillani kollha, lis-saċerdoti kollha li jaqdu l-komunità f’Ruma”.

Aqsam fuq