Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Għat-tielet sena konsekuttiva, fl-ewwel ġranet ta’ Ottubru l-istaff u impjegati tal-Kurja…

Sors: Facebook

Għat-tielet sena konsekuttiva, fl-ewwel ġranet ta’ Ottubru l-istaff u impjegati tal-Kurja tal-Isqof, fosthom id-Delegati tal-Isqof għad-diversi oqsma tal-ħidma pastorali, iltaqgħu għal seminar ta’ aġġornament li kien ikkordinat minn Dr Joseph Azzopardi. Kompla jiġi diskuss il-proċess ta’ ristrutturar organizzattiv tal-Kurja bl-għan li tkun ta’ servizz aħjar għad-Djoċesi kollha. Is-seminar inżamm fid-Dar tal-Irtiri Manresa fil-Belt Victoria u fiċ-Ċentru Pastorali L-Omm tas-Sokkors f’Ta’ Kerċem. Fl-ewwel ġurnata kienu preżenti wkoll il-membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fi tmiem is-seminar tagħhom ta’ tlitt ijiem.

Aqsam fuq