Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Għawdex u Malta kienu rrappreżentati fil-Ġublew tal-Komunikazzjoni Soċjali li sar f’Ruma…

Sors: Facebook

Għawdex u Malta kienu rrappreżentati fil-Ġublew tal-Komunikazzjoni Soċjali li sar f’Ruma bejn l-24 u s-26 ta’ Jannar li għadda, u fil-jiem ta’ konferenzi li organizza dritt wara d-Dikasteru għall-Komunikazzjoni tal-Vatikan għall-Komunikaturi tal-Istituzzjonijiet Kattoliċi.

Liam Farrugia mill-Uffiċċju tal-Preżenza Diġitali fi ħdan il-Kurja ta’ Malta u Francesco Pio Attard mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tad-Djoċesi ta’ Għawdex irrappreżentaw lill-Konferenza Episkopali Maltija f’dan l-ewwel ġublew li sar bħala parti minn din is-Sena Mqaddsa. Preżenti wkoll Gabriel Lia, ġurnalist ta’ Newsbook u RTK 103.

Barra l-udjenza lill-komunikaturi mid-dinja kollha li ta l-Papa Franġisku fl-Awla Pawlu VI, kif ukol iċ-Ċelebrazzjoni Penitenzjali li biha fetaħ il-Ġublew fil-Lateran, huma kienu mistiedna wkoll għal udjenza privata mal-Qdusija Tiegħu fil-Palazz Appostoliku, fejn saħaq fuq l-importanza li jinħolqu xbieki veri ta’ komunikazzjoni, fuq l-istil ta’ Ġesù u l-Appostli fil-Vanġelu.

Huwa stieden lil dawk kollha preżenti biex jagħtu sehemhom b’risq narrattiva tat-tama: “Noħlom komunikazzjoni li ma tbigħx illużjonijiet jew biżgħat, imma kapaċi tagħti raġunijiet għat-tama”.

Fi tmiem it-tlitt ijiem ta’ konferenzi u workshops li nżammu fl-Università Pontifiċja Urbanjana, il-kontinġent Malti ħa sehem ukoll f’quddiesa mill-Kardinal Pietro Parolin, Segretarju tal-Istat, li saret fil-Bażilika ta’ San Pietru.

📷 Vatican Media

Aqsam fuq