Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

“Ġorġi kien parti mill-grupp intimu tal-Imperatur, u jkun kapaċi jmur kontra l-kelma…

Sors: Facebook

“Ġorġi kien parti mill-grupp intimu tal-Imperatur, u jkun kapaċi jmur kontra l-kelma tiegħu!

Kapaċi tagħmilha int fid-dinja li qed ngħixu fiha bħalissa? Jew nirraġunaw bħall-massa? Fejn hu l-Kristjaneżmu tagħna? Fejn hu l-ferħ li qed inħossu llum fil-Festa ta’ San Ġorġ, jekk imbagħad nivvutaw favur l-abort u l-ewtanasja? Hemm bżonn niddeċiedu, inkunu koerenti! Jew almenu, jekk għandna mistoqsijiet, infittxu u nistaqsu. Inkella nkunu Nsara tal-qoxra, mhux bħal dawk li kienu qed jikbru fi żmien San Ġorġ.

Kif nista’ jien, Kristjan, ngħaqqad flimkien id-disprezz tal-ħajja u l-quddiesa tal-Ħadd? Li nkun favur l-abort u li nemmen f’Ġesù Kristu? Dawn ma joqogħdux flimkien. Imma aħna tant drajna ngħixu f’kontradizzjonijiet, li l-moħħ tagħna jibda jgħix fi skiżofrenija.

Fejn hi l-koerenza tagħna bħala Nsara? Fejn hi l-qawwa ta’ dak il-bniedem li għalkemm kien tant qrib l-Imperatur Djoklezjanu, imbagħad jgħidlu: ‘Hekk le’? Dan hu s-sabiħ ta’ bniedem kbir kif kien Ġorġi!”

▶️ Segwi l-omelija sħiħa li għamel dalgħodu l-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma fil-Festa ta' San Ġorġ fil-Belt Victoria

Aqsam fuq