Sors: Facebook
"Ħudu ħsieb tagħkom infuskom," wissa San Pawl lill-presbiteri ta' Efesu. Bħala parti mill-kura li d-Djoċesi toffri lis-saċerdoti tagħha permezz tal-Kummissjoni Kleru, dalgħodu, grupp żgħir ta' saċerdoti Għawdxin qattgħu nofstanhar mistrieħ Kemmuna. Huma kienu akkumpanjati mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, li mexxa quddiesa flimkien mas-saċerdoti fil-bitħa tal-Kappella ta' Kemmuna. Wara ftit kafè, is-saċerdoti għamlu mixja u żaru t-Torri ta' Kemmuna. Il-mawra ntemmet b'ikla tajba fil-lukanda.