Sors: Facebook
L-Insara miġbura f’komunità jiċċelebraw il-Misteru tal-Għid ta’ Kristu permezz tal-Liturġija u tas-Sagramenti. Min-naħa l-oħra, huma l-istess Sagramenti li, flimkien max-xandir u s-smigħ tal-Kelma ta’ Alla, jibnu l-Knisja. Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet kollha huma t-Tlitt Ijiem Imqaddsa tal-Għid, partikularment il-Vġili tal-Għid il-Kbir li matulu jiġu ċċelebrati u mġedda s-Sagramenti tad-dħul fil-ħajja Nisranija.
Għal dawn ir-raġunijiet, fid-Djoċesi ta’ Għawdex, mill-1 ta’ Jannar 2024, iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti tal-Magħmudija u taż-Żwieġ, kif ukoll tal-Funerali, tista’ ssir fil-Knejjes u l-Kappelli kollha li fihom tinġabar komunità biex tiċċelebra t-Tridu tal-Għid u, għal raġunijiet ta’ devozzjoni, anki fis-Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Qala u fil-Kappella ta’ Sant’Anna f’San Lawrenz.
Il-Magħmudijiet u ż-Żwiġijiet li diġà kienu ġew ibbukkjati f’Kappelli oħrajn qabel l-1 ta’ Jannar 2024 jistgħu jsiru xorta, minkejja li mhux se jittieħdu aktar bookings f’dawn il-Kappelli.
Qabel iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti, inklużi l-Magħmudija u ż-Żwieġ, l-Insara għandhom jieħdu ħsieb li jagħmlu l-formazzjoni meħtieġa f’waħda mill-parroċċi tad-Djoċesi ta’ Għawdex.
***
Lista ta’ Knejjes u Kappelli li fihom jistgħu jiġu ċċelebrati Magħmudijiet, Żwiġijiet u Funerali skont it-territorju parrokkjali
Il-Belt Victoria | Il-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema (il-Katidral) jew il-Parroċċa ta’ San Ġorġ
1. Il-Kappella ta’ Dar Manresa (Patrijiet Ġiżwiti)
2. Il-Kappella tal-Istitut tal-Familja San Ġwanni Pawlu II
3. Il-Kappella tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù – għall-membri tal-komunità ta’ lingwa Ingliża
4. Il-Knisja tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù
5. Il-Kappella tas-Sorijiet Salesjani
6. Il-Knisja tal-Madonna ta’ Pompei (Sorijiet Dumnikani)
7. Il-Knisja tal-Madonna tal-Grazzja (Patrijiet Franġiskani Kapuċċini)
8. Il-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb (Taċ-Ċawla)
9. Il-Kappella ta’ San Ġużepp (Oratorju Don Bosco)
10. Il-Knisja ta’ San Franġisk (Patrijiet Franġiskani Konventwali)
11. Il-Knisja ta’ Santu Wistin (Patrijiet Agostinjani)
Il-Fontana | Il-Parroċċa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù
Għajnsielem | Il-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto
12. Il-Kappella tal-Madonna ta’ Lourdes – għall-membri tal-komunità ta’ lingwa Taljana
13. Il-Knisja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova (Patrijiet Franġiskani Minuri)
L-Għarb | Il-Parroċċa taż-Żjara tal-Verġni Marija lil Santa Eliżabetta
14. Is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu
L-Għasri | Il-Parroċċa ta’ Kristu Ewkaristiku Salvatur
Ta’ Kerċem | Il-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir
15. Il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu (ix-Xlendi)
16. Il-Knisja ta’ Santa Luċija
Ta’ Sannat | Il-Parroċċa ta’ Santa Margerita
Il-Munxar | Il-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu
In-Nadur | Il-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl
17. Il-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù (Ta’ Karkanja)
Il-Qala | Il-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp
18. Is-Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni – b’eċċezzjoni
San Lawrenz | Il-Parroċċa ta’ San Lawrenz
19. Il-Kappella ta’ Sant’Anna (id-Dwejra) – b’eċċezzjoni
Ix-Xagħra | Il-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija
20. Il-Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu
21. Il-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu (Marsalforn)
Ix-Xewkija | Il-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista
Iż-Żebbuġ | Il-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema