Sors: Facebook
Parti mill-ħidma tal-Uffiċċju Djakonija tad-Djoċesi ta’ Għawdex hi li jissensibilizza l-komunità Nisranija favur istituzzjonijiet li jaħdmu ma’ persuni vulnerabbli jew jiddependu ħafna mid-donazzjonijiet għall-ħidma tagħhom.
Barra minn hekk, l-istess Uffiċċju jara li meta jkun hemm emerġenzi internazzjonali, bħal fil-każ ta’ diżastri naturali, il-komunità Nisranija twieġeb b’ġenerożità għall-għajnuna li tkun qed tintalab.
Matul is-sena 2023, id-Djoċesi ta’ Għawdex ġabret u qassmet €318,218.29 f’għajnuna lil istituzzjonijjiet lokali u internazzjonali, grazzi għall-ġenerożità tal-poplu Għawdxi.
L-għotjiet miġbura tqassmu hekk:
01/01/2023 Dar tal-Providenza €34,546.83
19/02/2023 It-Turkija u s-Sirja (Elemożinerija Appostolika) €65,000.00
16/04/2023 Is-Seminarju Maġġuri €23,211.94
04/06/2023 Dar Arka €14,681.00
24/09/2023 Il-Marokk u l-Libja €28,579.00
01/10/2023 Hospice Malta* €14,153.75
22/10/2023 Jum Dinji Missjunarju €74,000.00
19/11/2023 Jum il-Karità (Caritas djoċesana) €23,419.07
Dati differenti: L-Art Imqaddsa (Patrijiet Franġiskani) €20,618.06
Dati differenti: Little Sisters of the Poor* €20,008.64
TOTAL €318,218.29
* Il-ġbir sar fuq iz-zuntier