Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Il-formazzjoni hija ċ-ċavetta biex intejbu l-ħajja

Sors: Facebook

Il-formazzjoni hija ċ-ċavetta biex intejbu l-ħajja. Konxja minn dan, il-Fondazzjoni ARKA l-ġimgħa l-oħra organizzat kors ta’ 30 siegħa u ieħor ta’ 10 sigħat dwar l-Awtiżmu. L-ewwel kors kien għall-professjonisti u t-tieni wieħed għall-ġenituri, katekisti u persuni oħra interessati fis-suġġett.

Il-korsijiet ingħataw mis-Sur Tony Osgood, psikologu Ingliż bi snin twal ta’ esperjenza kemm bħala lettur fl-Università ta’ Kent u kemm bħala konsulent f’diversi faċilitajiet madwar ir-Renju Unit, in-Norveġja, l-Italja, ir-Repubblika Ċeka u Singapore.

L-esperjenza offriet iċ-ċans ta’ diskussjoni bejn professjonisti Għawdxin ġejjin mill-oqsma tas-saħħa u tal-edukazzjoni. Serviet ukoll biex jinħoloq iktar għarfien fost il-katekisti kollha tad-Djoċesi ta’ Għawdex u l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu fuq dan is-suġġett.

Ix-xewqa tal-Fondazzjoni hija li l-formazzjoni kontinwata tkompli sabiex bid-Djar u s-servizzi tagħha mhux biss tkompli ttejjeb il-ħajja ta’ persuni b’diżabbiltà u l-ġenituri tagħhom, imma tkompli toffri lil kulħadd it-tama f’dinja li donnha qed titlef il-veru sens tal-ħajja.

Aqsam fuq