Sors: Facebook
Il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar saret it-tieni laqgħa għal dawk is-saċerdoti li għalqu l-75 sena. Kien hemm preżenza sabiħa ta’ 24 saċerdot. Iltaqgħu fil-Knisja ta’ San Pawl, Marsalforn. It-tabib Dr Joseph Rapa tkellem fuq l-isfidi tas-saħħa fl-età avvanzata. Il-laqgħa li bdiet bit-talb fil-Knisja spiċċat bl-ikel f’wieħed mir-ristoranti tal-viċin.