Sors: Facebook
Il-ġimgħa l-oħra kienet waħda speċjali għall-Knisja Kattolika madwar id-dinja, hekk kif wara l-mewt tal-Papa Franġisku l-Konklavi wasslu għall-elezzjoni ta' Papa ġdid. Intant, f'waħda mill-iżgħar parroċċi tad-Djoċesi, dik tal-Għasri ddedikata lil Kristu Ewkaristiku Salvatur, kienet għaddejja l-Viżta Pastorali, hekk kif wara l-waqfa tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa, l-Isqof tagħna kompla jżur il-komunitajiet parrokkjali Għawdxin.