Sors: Facebook
Il-ġimgħa l-oħra l-Isqof Anton, f'tappa oħra tal-Viżta Pastorali tiegħu fid-Djoċesi ta' Għawdex, għamel żjara fil-parroċċa nattiva tiegħu tax-Xagħra, iddedikata lit-Twelid tal-Verġni Marija, fejn iltaqa' mad-diversi realtajiet ta' formazzjoni kif ukoll mal-kumitati, il-gruppi u l-għaqdiet. Din fetħet fi Kristu Re u għalqet fl-ewwel Ħadd tal-Avvent, u għalhekk issa l-Viżta tagħmel pawsa ċkejkna għal dan iż-żmien liturġiku privileġġjat li jwassalna għall-festa tal-Milied.