Sors: Facebook
Il-ġimgħa l-oħra l-Kummissjoni Liturġika kompliet b’aktar formazzjoni offruta lill-poplu ta’ Alla, din id-darba b’kors mill-biblista Mons. Joseph Sultana, Arċipriet tal-Katidral, għas-sagristani u l-ostjarji, li għalih kien hemm konkorrenza tajba anki minn xi parroċċi f’Malta. It-tliet laqgħat inżammu fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb. Fil-jiem u ġimgħat li ġejjin se tkompli wkoll b’aktar laqgħat ta’ aġġornament għal kategoriji oħra li jagħtu servizz jew ministeru fil-Liturġija Mqaddsa.
Liturgy - Gozo