Sors: Facebook
Il-ġimgħa l-oħra mess lill-Parroċċa ta' San Ġwann Battista fix-Xewkija li ssirilha żjara mill-Isqof Anton bħala parti mill-Viżta Pastorali. Akkumpanjat mis-Segretarju tal-Viżta Dun Giovanni M. Curmi u diversi delegati oħra, huwa ltaqa' ma' diversi entitajiet tal-lokalità, kif ukoll anzjani fi djarhom, fosthom Ġanna Azzopardi li f'Settembru li għadda għalqet 100 sena.