Sors: Facebook
Il-Ħadd 9 ta’ Novembru, inżammet f’Villa Fiorita, Marsalforn, l-attività "Life begins at 60. Is-sabiħ u l-ikrah", imtella’ mill-Grupp Pastorali tal-Familja tad-Djoċesi ta’ Għawdex, li rat attendenza numeruża.
Dr Charlie Azzopardi, Terapista tal-Familja, u l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma ddiskutew x’bidliet iseħħu fil-ħajja tal-bniedem u kif tinbidel ir-relazzjoni fil-ħajja miżżewġa meta wieħed imiss is-sittinijiet.
Hemm kemm sodisfazzjonijiet u kemm sfidi u biżgħat ġodda li jitfaċċaw maż-żmien, u għal dawk li jkollhom l-ulied, anki hawn ir-relazzjonijiet jgħaddu minn bidliet sinifikanti.
Finalment il-kelliema ddiskutew fiex il-bniedem meta jasal għal din l-età jibda jfittex is-sens tal-ħajja, tal-ferħ u tan-niket tiegħu, u kif dan jgħin jew ifixkel il-fidi.