Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Il-kleru tad-Djoċesi ta’ Għawdex kellu mument ta’ formazzjoni permezz ta’ Seminar ta’…

Sors: Facebook

Il-kleru tad-Djoċesi ta’ Għawdex kellu mument ta’ formazzjoni permezz ta’ Seminar ta’ tlett ijiem li sar f’Dar Manresa mill-Ħamis 19 sas-Sibt 21 ta’ Frar, fin-nofstanhari ta’ filgħodu. Dan tmexxa mill-Arċisqof Mons. Vittorio Viola OFM, Segretarju tad-Dikasteru għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti, li diġà kien hawn fostna s-sena l-oħra għall-istess tlett ijiem ta’ formazzjoni l-għada ta’ Ras ir-Randan. It-tema din is-sena kienet: “It-Tiġdid tal-Wegħdiet Saċerdotali”.

Monsinjur Viola fin-nofstanhari ta’ filgħaxija tal-Ħamis u l-Ġimgħa kellu laqgħat mar-reliġjużi, il-katekisti u l-membri tal-Kummissjoni Liturġika tad-Djoċesi.

Aqsam fuq