Sors: Facebook
🇮🇳 Il-komunità Kattolika Indjana f'Għawdex, li tiltaqa' regolarment għaċ-ċelebrazzjonijiet tagħha bir-Rit Siro-Malabar fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali tal-Belt Victoria, ilbieraħ iċċelebrat il-Festa tal-Appostlu San Tumas (li taħbat fit-3 ta' Lulju fil-Kalendarju liturġiku), li skont it-tradizzjoni kien hu li ħa l-Bxara t-Tajba tal-Vanġelu sal-artijiet tal-Indja.