Sors: Facebook
“Il-Mulej se jinżel għarkupptejh quddiemkom u jaħslilkom riġlejkom”. Hekk qal l-Isqof Anton Teuma lbieraħ liż-żewġ djakni ġodda Anthony Joe Borg u Fabio Cini li huwa ordna fil-Katidral ta’ Għawdex.
Huwa saħaq li biex nistgħu naqdu lil xulxin, l-ewwel “jeħtieġ inġeddu dan l-għarfien ta’ Alla li jaqdina f’Ġesù. Għax jekk aħna ma nindunawx li hu jaħslilna riġlejna kontinwament, ħa jkun diffiċli għalina li naħslu riġlejn l-oħrajn”.
📸 CVC Media