Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Il-Proġett “Ħobżna ta’ kuljum” ġie mniedi mid-Djoċesi ta’ Għawdex f’Ġunju 2023

Sors: Facebook

Il-Proġett “Ħobżna ta’ kuljum” ġie mniedi mid-Djoċesi ta’ Għawdex f’Ġunju 2023. L-għan tal-proġett hu li jipprovdi ikla sħuna, fuq bażi ta’ take-away, lil numru ta’ persuni vulnerabbli li jiġu riferuti mill-aġenziji soċjali lill-Uffiċċju Djakonija tad-Djoċesi.

L-ikel jitqassam mill-premises tal-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali fil-Belt Victoria, tliet darbiet fil-ġimgħa. Attwalment qed jitqassmu ftit aktar minn 100 ikla fil-ġimgħa. L-ikel jiġi mħejji b’xejn b’rotazzjoni kull ħmistax minn Dar Arka u Villa San Lawrenz. Numru ta’ voluntiera huma responsabbli minn dan il-proġett f’isem l-Uffiċċju Djakonija.

Id-Djoċesi ta’ Għawdex tixtieq tirringrazzja b’mod partikulari lil David’s Bakery, li jipprovdi b’xejn il-ħobż, u lill-Franġiskani Konventwali li jipprovdu l-premises tagħhom minn fejn jitqassam l-ikel.

Aqsam fuq