Sors: Facebook
Il-Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Madonna ta' Loreto f'Għajnsielem il-ġimgħa l-oħra laqqgħet lill-Isqof ma' diversi realtajiet mifruxa f'dan ir-raħal li jista' jitqies l-'antiporta' tal-gżira Għawdxija. Hawn hu ltaqa' wkoll mal-komunità tal-Patrijiet Franġiskani li jieħdu ħsieb il-Knisja ta' Sant'Antnin, kif ukoll is-Sorijiet Agostinjani u Dumnikani. Billi ħabtet ukoll l-ewwel Dehra tal-Madonna ta' Lourdes, iċċelebra l-quddiesa fil-Kappella ħelwa u devota ddedikata lilha u li tħares fuq il-port tal-Imġarr.