Sors: Facebook
Il-Viżta Pastorali tal-Isqof Anton Teuma fil-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir f'Ta' Kerċem il-ġimgħa l-oħra kienet waħda dinamika u laqqgħetu ma' bosta realtajiet pastorali f'din il-komunità. Barra li osserva l-entużjażmu ta' ħafna lajċi li jaħdmu id f'id mal-Kappillan u s-saċerdoti, fost l-oħrajn huwa kkummenta kemm hu pożittiv li f'din il-parroċċa - u dan mhux l-uniku każ - hemm grupp u animaturi għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ f'kull faxxa ta' età minn wara l-Griżma tal-Isqof. Huwa żar ukoll il-komunità ta' Santa Luċija li tagħmel ma' din il-parroċċa.
Parrocca Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir