Sors: Facebook
Ilbieraħ bħal dal-ħin, grupp sabiħ ta' madwar 130 pellegrin mid-Djoċesi ta' Għawdex qasam il-fliegu bil-fast-ferry u żar il-Kappella tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda fejn hemm midfun San Ġorġ Preca, li l-Festa liturġika tiegħu hija għada. L-Isqof Anton Teuma fl-omelija tal-quddiesa radd ħajr lil Alla għall-ġid kbir li qed isir permezz tal-Museum u talab lill-qaddis Malti biex jinterċedi għall-poplu tagħna ħalli jikkonverti dejjem aktar lejn Alla.
🎥 Giada Farrugia