Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Ilbieraħ fil-Pontifikal tal-Festa ta' San Pawl Nawfragu fil-Munxar, l-Isqof ta' Għawdex…

Sors: Facebook

Ilbieraħ fil-Pontifikal tal-Festa ta' San Pawl Nawfragu fil-Munxar, l-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma reġa' saħaq b'qawwa li l-ewtanasja mhix ir-risposta għal dak li għandu bżonn il-bniedem fit-tbatija u l-mard.

“Nirriflettu ftit fuq dak li bħalissa f’pajjiżna qed nitkellmu fuqu: l-ewtanasja assistita. Anki hawn, ix-xewqa profonda hi li nevitaw it-tbatija, li fiha nfisha hi xewqa tajba li kollha kemm aħna għandna. Li nevitaw it-tbatija hi mhux biss bżonn, imma dmir.

Imma hemm mod u mod kif naslu għal dan il-għan li kollha kemm aħna naqblu fuqu. Ilkoll naqblu li l-bniedem sal-aħħar mument ta’ ħajtu għandu dritt jgħix b’dinjità. Jekk inwasslu lil xi ħadd biex jagħmel ewtanasja assistita – li mhix ħlief suwiċidju assistit – inkunu qed niddikjaraw kollha kemm aħna flimkien falliment: li m’aħniex kapaċi nwasslu persuna b’mod seren sal-mument tal-mewt naturali mingħajr ma nħalluha tgħix fid-disperazzjoni.

Mill-banda l-oħra, ma nkunux fallejna, meta bħal fir-rakkont tan-Nawfraġju, ninġabru lkoll flimkien bħala qaqoċċa biex insalvaw”.

Barra l-kura paljattiva, semma wkoll l-importanza tal-akkumpanjament psikoloġiku u spiritwali, b'sejħa biex ilkoll inkunu qrib is-sodda tal-marid.

🎧 Segwi hawn l-omelija sħiħa.

Aqsam fuq