Sors: Facebook
Ilbieraħ filgħaxija l-Isqof Anton Teuma bierek il-Wirja tal-Presepji mtellgħa mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepji Għawdex-Malta fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tagħha. Hu radd ħajr lill-Għaqda għax-xogħol kollu li qed tagħmel b'risq il-bini tal-presepju. "Ħallu lit-tfal jibnu l-presepju bla ma l-ġenituri joqogħdu jgergru għax jaqilgħu xi ftit tat-trab!", insista, waqt li ftakar f'dak li ġieli għamlet ommu meta ta' tfal kien jibni l-presepju d-dar.
📷 Noel Galea