Sors: Facebook
Ilbieraħ filgħodu l-E.T. Dr George Vella, President ta' Malta, għamel żjara lill-Kurja Veskovili ta' Għawdex, fejn ġie milqugħ minn Mons. Tarċisju Camilleri, Vigarju Ġenerali u Locum Tenens, u mill-membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani. Huwa qasam l-awguri tal-Milied magħhom u mal-impjegati tal-Kurja preżenti.