Sors: Facebook
Ilbieraħ filgħodu, waqt quddiesa ċċelebrata fil-Knisja arċipretali ta' Santa Margerita, Ta' Sannat, fi tmiem Jum Ewkaristiku tal-Iskola Primarja Ta' Sannat (Special Unit), l-Isqof Mario Grech amministra l-Griżma tal-Isqof lil Marisa Edris u Adian Camilleri, li hu residenti f'Dar Arka. Kien hemm preżenti wkoll Dun Michael J. Galea, Assistent Direttur ta' Dar Arka, Ms Pauline Grech, Kap tal-Iskola, u Dr Denise Mifsud, Prinċipal tal-Kulleġġ ta' Għawdex.