Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Ilbieraħ, il-Ħames Ħadd tal-Għid, is-seminaristi Għawdxin organizzaw Festa Abbatini fuq…

Sors: Facebook

Ilbieraħ, il-Ħames Ħadd tal-Għid, is-seminaristi Għawdxin organizzaw Festa Abbatini fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu.

Il-figura biblika tas-sultan David ġiet applikata għall-ħajja tal-abbatini permezz ta’ tliet mumenti mill-ħajja tiegħu. Fis-sejħa tiegħu naraw kif Alla ma jarax kif naraw aħna; fil-ġrajja ta’ David u Gulija naraw kif mill-ftit tagħna Alla kapaċi jagħmel ħwejjeġ kbar; u permezz tas-silta tad-dnub ta’ David naraw kif għalkemm m’aħniex perfetti, Alla jibqa’ jħobbna dejjem.

Fl-istess waqt Dun Joseph Bajada u Dun Noel Debono applikaw it-tema ta’ David għall-ġenituri tal-abbatini f’laqgħa għalihom fis-sala ta’ taħt iz-zuntier.

Wara, kien hemm diversi logħob u attivatijiet u stands tal-ikel u x-xorb għall-abbatini u l-familji tagħhom.

Aqsam fuq