Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Ilbieraħ is-Sibt l-Isqof mexxa fis-Santwarju Ta’ Pinu ċ-ċelebrazzjoni tal-Preżentazzjoni…

Sors: Facebook

Ilbieraħ is-Sibt l-Isqof mexxa fis-Santwarju Ta’ Pinu ċ-ċelebrazzjoni tal-Preżentazzjoni tat-Trabi, dejjem qrib il-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej.

Il-laqgħa ta’ talb, organizzata annwalment mill-Azzjoni Kattolika, bdiet b’talb u t-traxxix bl-ilma mbierek fuq in-numru sabiħ ta’ familji li laqgħu din l-istedina popolari. Wara s-siltiet mill-Iskrittura, moqrija minn waħda mill-koppji u minn Dun Noel Saliba, Assistent Ekkleżjastiku Djoċesan, l-Isqof Anton offra messaġġ qasir biex jenfasizza li m’għandniex nistagħġbu b’okkażjonijiet ta’ frustrazzjoni u dwejjaq għal uliedna. “Anki Ġużeppi u Marija għaddew minn dawn l-esperjenzi”. Allura l-ġenituri jridu jkunu lesti dejjem biex iċarrtu qalbhom għall-ulied.

Imbagħad kull familja telgħet quddiem l-Isqof biex jgħidu kelma miegħu, jirċievu ċ-ċertifikat u jingħataw domna b’tifkira. Qabel ma qal l-aħħar kelma ta’ ringrazzjament u inkuraġġiment, tfakkar il-President Djoċesan Carmel Attard li miet ftit sigħat qabel. Animaw bil-kant Christabelle u Amy.

📷 John Cordina

Aqsam fuq