Sors: Facebook
Ilbieraħ waranofsinhar, fil-Knisja ta’ Santa Luċija, Għawdex, sar Servizz Ekumeniku fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara.
Dan tmexxa mill-Viġarju Ġenerali Mons. Giovanni Curmi, flimkien mar-Rettur Mons. Tarcisio Camilleri u ma’ Mons. John Muscat, Delegat tal-Isqof għall-Ekumeniżmu.
Minħabba l-maltemp ma setgħux jattendu reverendi minn reliġjonijiet oħra, iżda xorta nħass dak l-ispirtu ta’ għaqda ekumenika tant mixtieqa.
Nirringrazzjaw lil-Leġjun ta’ Marija li ta’ kull sena jorganizza dan is-Servizz.