Sors: Facebook
Is-Sibt 27 ta’ Jannar fl-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II iltaqgħu l-Komunitajiet Ewkaristiċi għal-Laqgħa Ġenerali tagħhom: mument ta’ talb bil-kant tal-Għasar. Kull salm, barra li kien ippreżentat b’riflessjoni biblika u spiritwali minn Mons. Trevor Sultana, ġie wkoll kantat mill-assemblea preżenti. It-talb spiċċa b’adorazzjoni u Barka Ewkaristika. Din l-esperjenza ta’ mixja ta’ fidi tinsab fi tmien parroċċi Għawdxin, fejn madwar 270 lajċi jiltaqgħu kull ġimgħa fil-Komunitajiet tagħhom.
📷 Monica Grima