Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Is-Sibt 30 ta’ Novembru s-saċerdoti u r-reliġjużi nġabru fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb…

Sors: Facebook

Is-Sibt 30 ta’ Novembru s-saċerdoti u r-reliġjużi nġabru fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla, għall-irtir tal-Avvent. Mexxa l-meditazzjoni Mons. Brendan M. Gatt. Wara t-talba tal-bidu, l-Isqof Anton ta messaġġ qasir lil dawk preżenti. L-irtir spiċċa b’mument ta’ adorazzjoni.

L-Uffiċċju tal-Kleru fi ħdan id-Djoċesi ikompli b’diversi inizjattivi ta’ formazzjoni spiritwali għas-saċerdoti tagħna. Fil-fatt, mill-11 sal-15 ta’ Novembru li għadda numru sabiħ ta’ saċerdoti attendew għall-irtir annwali f’Dar Manresa, immexxi minn Patri Hayden Williams OFMCAP. Fil-ġimgħat l-imgħoddija grupp ieħor mar Assisi għal ġimgħa rtir fi ħdan il-Komunità ta’ Bose.

L-irtir huwa dejjem mument partikolari fejn is-saċerdot jinqata’ mill-ħidmiet tal-ħajja ta’ kuljum biex ikollu iktar ħin għas-smigħ tal-Kelma ta’ Alla u għat-talb personali.

Aqsam fuq