Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Is-Sibt li għadda ntemmet ġimgħa oħra mill-Viżta Pastorali tal-Isqof fil-komunitajiet…

Sors: Facebook

Is-Sibt li għadda ntemmet ġimgħa oħra mill-Viżta Pastorali tal-Isqof fil-komunitajiet parrokkjali Għawdxin. Fl-Għarb huwa ltaqa' mad-diversi realtajiet pastorali, u talab ukoll mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata li jiltaqa' b'mod regolari għal-Liturġija tas-Sigħat. Il-Viżta issa tkompli wara li jintemm żmien l-Għid, anki jekk fir-Randan li jibda għada jissoktaw xi żjajjar tal-Isqof fiż-żoni pastorali u l-komunitajiet reliġjużi fi gżiritna, barra l-outreach ma' diversi gruppi ta' professjonisti u ħaddiema.

▶️ Int tista' ssegwi hawn id-diversi omeliji li l-Isqof qed jagħmel fil-ftuħ u l-għeluq taż-żjajjar fil-parroċċi Għawdxin: https://youtube.com/playlist?list=PLJsSpKY689vnmjG4Yd3aAqQgIuwKA0zLv&si=e8Ek25V6JkZxZdb9.

Aqsam fuq