Sors: Facebook
“It-tbatija tal-bniedem issir it-tbatija ta’ Alla” – Messaġġ tal-Isqof Anton Teuma għall-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid 2024
Meta aħna niċċelebraw il-Passjoni ta’ Ġesù, inkunu qed infakkru t-tbatija imma wkoll l-imħabba tiegħu lejna, u kif għandha tkun l-imħabba tagħna. Forsi għalhekk dan iż-żmien inħossuh ‘tagħna’, għax Ġesù fil-passjoni kbira li għandu lejna l-bnedmin ried jgħaddi mill-istess esperjenzi ta’ tbatija tagħna. Alla jħobbna fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha, anki saħansitra bid-dnubiet tagħna. L-imħabba ta’ Alla hi b’xejn u Ġesù jħobbna b’xejn. Imma b’din l-esperjenza tal-Passjoni jgħallimna wkoll kif għandha tkun l-imħabba tagħna għal kulħadd: b’xejn. Meta nħobbu bħal Ġesù, dejjem noħorġu rebbieħa!
Filmati u muntaġġ: CVC Media © Djoċesi ta’ Għawdex, Marzu 2024