Sors: Facebook
Iż-żjajjar tal-Isqof Anton fil-15-il parroċċa ta' Għawdex matul din il-Viżta Pastorali waslu fi tmiemhom bil-ġimgħa li huwa qatta' fiż-Żebbuġ, bil-Knisja Arċipretali tiegħu ddedikata lil Marija Assunta Inkurunata. Hawn hu ltaqa' wkoll mal-komunità tal-MSSP li għandha d-Dar tagħha f'dan ir-raħal sabiħ. Hekk matul dawn l-aħħar tmien xhur ir-Ragħaj tad-Djoċesi tagħna ħa stampa iktar ċara tal-qagħda pastorali tal-komunitajiet kif ukoll tal-isfidi imma anki t-tamiet tagħhom.