Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Jista’ jkun li għandna bżonn figura ta’ raġel u missier bħal San Ġużepp li tista’…

Sors: Facebook

Jista’ jkun li għandna bżonn figura ta’ raġel u missier bħal San Ġużepp li tista’ tagħtina direzzjoni fil-konfużjoni li qegħdin ngħixu, f’dan iż-żmien fluwidu ta’ tranżizzjoni.

San Ġużepp jiġi quddiemna bħala l-figura tal-persuna li għandha rispett kbir lejn kull bniedem – irġiel u nisa. Ma jibqax hu ċ-ċentru tiegħu nnifsu, imma jagħmel wisa’ għall-misteru.

Bħal San Ġużepp aħna rridu nilqgħu l-istorja imma nsibu r-rwol tagħna ta’ protagonisti f’din l-istorja. Anki meta jintebaħ li dak li qed jiġri hu ikbar minnu, ma ppjanahx hu u mhux qed jifhmu, huwa jilqa’ l-misteru tal-ħajja bħala providenza ta’ Alla. Hekk jgħallimna l-qbil mar-rieda ta’ Alla.

Dan hu r-raġel veru: dak li kapaċi jagħti lilu nnifsu u jaħseb fl-oħrajn. Ir-raġel huwa raġel daqskemm il-maskulinità tiegħu jgħixha għall-oħrajn, kif għamel San Ġużepp.

▶️ Segwi l-omelija sħiħa li għamel il-Ħadd li għadda l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma fil-Festa ta’ San Ġużepp, il-Qala

Aqsam fuq