Sors: Facebook
“Kemm nixtieq nitolbu lil San Ġorġ biex aħna l-komunità Nisranija tiegħu nerġgħu mmorru għall-valuri tal-bidu, għal dawk il-karatteristiċi li lilna verament jagħmluna Nsara, nies li jagħmlu l-frott u jħobbu!”.
Fl-omelija tiegħu għall-Festa liturġika ta’ San Ġorġ ilbieraħ fil-Bażilika Ġorġjana tal-Belt Victoria, l-Isqof Anton Teuma ilmenta li f’din id-dinja materjalista li qed taljenana, storduti minn ħajja mgħaġġla u sfrenata, aħna l-Insara spiċċajna nagħmlu wisq kompromessi li qed jagħmlulna ħafna ħsara waqt li nippretendu li nibqgħu nissejħu Nsara.
Qalb dak li hu sejjaħlu sens ta’ ‘malessri’ fl-umanità bħalissa, anki fostna l-Insara, staqsa kif m’aħniex nindunaw li hemm xi ħaġa li mhix sejra sew fil-ħajja tagħna u li qed nitilfu t-togħma tal-melħ tal-Vanġelu!
Huwa tkellem dwar il-komunità Nisranija li jixtieq jara, inqas medhija bil-maestożità u iktar ħsiebha fil-batuti ta’ żmienna... misjuqa mill-qawwa tal-Bidwi li hu l-Missier, li tagħti l-frott lill-friegħi marbuta mad-Dielja, imsarraf fi mħabba bħal ta’ Kristu u tal-Martri tiegħu.
🎥 Erġa’ segwi l-omelija sħiħa hawn.