Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

L-Isqof ta’ Għawdex jinforma li, wara żmien ta’ talb u riflessjoni, Dun Richard N.…

Sors: Facebook

L-Isqof ta’ Għawdex jinforma li, wara żmien ta’ talb u riflessjoni, Dun Richard N. Farrugia, li s’issa kien Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Marija Bambina fix-Xagħra, ser jieqaf minn din il-ħidma u ser ikun għas-servizz tal-Knisja b’modi oħra. Filwaqt li minn qalbu jirringrazzja lil Dun Richard għad-disponibbiltà u d-dedikazzjoni tiegħu, qiegħed jaħtar lil Dun Alex Refalo bħala Amministratur Parrokkjali, li ser imexxi din il-Parroċċa bl-istess poteri tal-Arċipriet sakemm jiġi maħtur Arċipriet ġdid fix-xhur li ġejjin.

L-Isqof jitlob lis-saċerdoti, lill-membri tal-kumitati u kummissjonijiet parrokkjali, u lill-Insara kollha tal-Parroċċa biex jikkollaboraw ma’ Dun Alex f’dan il-qadi tiegħu. Għaldaqstant, dan iż-żmien ta’ tranżizzjoni jitlob li fil-kumitati kollha tal-Parroċċa ma jitteħdux deċiżjonijiet li jmorru lil hinn mill-andament normali tal-ħajja ta’ kuljum.

(Aktar kmieni llejla l-Isqof għarraf b'dan lill-komunità parrokkjali tax-Xagħra).

Xaghra Parish

Aqsam fuq